L-ċirku vizzjuż
minn pajjiż għal ieħor Ewropew li jrid għajnuna finanzjarja ġie fenomenu komuni
ħafna. Mill-Portugall sa Ċipru, mill-Italja sal-Irlanda u xi kultant nismgħu
wkoll fuq l-Islovenja, il-Lussemburgu u Franza.

Iċ-ċittadini
Ewropej m’għandhomx għalxiex jiġu kkastigati għall-iżbalji li saru mill-banek u
l-gvernijiet irresponsabbli. L-UE mhux qed tipprattika dak li hi stess qiegħda tippriedka.
Għandna UE li qiegħda tiffinanzja proġetti għall-ugwaljanza u tippromwovi
Ewropa demokratika, iżda fl-istess ħin hi l-UE li toħroġ b’din il-politika
inġusta, anti- demokratika u fuq kollox inugwali.
Ma jidhirx li
l-għan għal Ewropa federali u maqgħuda qiegħed fil-verità jseħħ. L-ewwel nett
kemm l-Ewropa hi eliġibbli li ssir bħal l-istati Uniti tal-Amerika naraha ftit
assurda jekk mhux ukoll impossibbli. Hemm temi kulturali, storiċi u antropoloġiċi
biex wieħed jidħol f’dan. Imma l-fatt jibqa’ li l-Ewropa iktar riesqa lejn
super stat fejn il-poter ikun ċentralizzat f’pajjiż jew reġjun partikolari wieħed.
In-nies tan-naħa t’isfel tal-Ewropa qegħdin iħossu din l-inġustizzja li qiegħda ssir fuqhom. Rajna l-każ riċenti f’ Ċipru fejn il-Ġermanja riedet tiddetta hi kif issir il-politika monetarja, u kif Ċipru toħroġ mill-problemi. Huwa minnu li l-Ġermanja għandha avvanz ekonomiku u teknoloġiku qawwi imma din hi l-Ewropa maqgħuda li rridu nibnu? Waħda b’bażi ta’ kapitaliżmu ekonomiku?

Id-dinamiċità
tal-poplu Ewropew, l-istorja u l-identità li sawritu, il-kultura u d-diversità
tal-lingwi Ewropej imorru oltre mill-materjaliżmu, l-ekonomija monetarja u fuq
kollox l-inġustizzji marbutin ma’ dan kollu.
Ninżalek il-kappell!
ReplyDelete