Ħafna jġibu
l-argument li l-ideoloġija spiċċat. Iżda kemm dan huwa minnu għandi r-riservi
tiegħi. B’ħasra l-politika lokali hija nieqsa mid-direzzjoni ideoloġika u
daħlet f’ċirku vizzjuż għal karba popolari. Bħala pajjiż ma nistgħux naffordjaw
innaqqsu l-ideoloġija, għax m’hemmx ħafna partiti fejn tifrex. Jekk irridu
nibqgħu fil-qasma ta’ żewġ partiti tal-anqas nippretendi li jkonna livell matur
ta’ politika. Lanqas dan mhu qed iseħħ.
Huwa żvilupp li
qegħdin nonqsu sew fih biex inkattru l-kultura tal-ideat politiċi. Nagħtu ħarsa
x’qiegħed jiġri fl-Ewropa mhu veru xejn li l-ideoloġija spiċċat. Il-Partiti fuq
livell Ewropew dejjem qed ikattru l-ideat u ħabba f’hekk qegħdin jinħolqu
fazzjonijiet differenti tal-ideoloġija.
L-ideoloġija mhux
xi qżież biex nidhru intelletwali imma mezz biex tagħtina direzzjoni u għan
konkret. Iż-żewġ partit politiċi ewlenin; Il-Partit Laburista u l-Partit
Nazzjonalista warrbu għal kollox l-ideolġija u qegħdin jersqu viċin xulxin.
Jekk dan jiġi mqabbel mal-kumplament tal-Ewropa ma fih xejn straordinarju għax il-Partiti
ewlenin dejjem qed jersqu lejn iċ-ċentru. Iżda b’differenza mal-Ewropa, f’
Malta għandna vacuum qawwi ta’ partiti u diversità politika. Li qed jiġri hu li l-partiti
f’ pajjiżna spiċċaw żewġ forzi ta’ pika u t-timbru x’jagħmel wieħed ‘Laburist’
u ‘Nazzjonalist’ huwa biss duħħan li ma jfisser xejn, għajr li tkun parti minn
grupp ta’ nies li qiegħed f’pika mal-partit tan-naħa l-oħra.
Jekk nagħtu ħarsa
l-elezzjonijiet ta’ dawn l-aħħar erbgħin sena (1971-2013) evidentiment naraw
in-nuqqas ta’ diversità u l-pluraliżmu politiku. Għaliex?
Bażikament,
il-medja f’ Malta hi li gvern jinbidel darba kull għaxar snin.
·
1971 sal-1987- Partit Laburista
·
1987 sal-1996- Partit Nazzjonalista
·
1996 sal-1998- Partit Laburista
·
1998 sal-2013- Partit Nazzjonalista
·
2013 – Partit Laburista.
Jekk bidla
qiegħda sseħħ darba kull għaxar snin, b’maġġoranżi kbar fil-Parlament (kif
għandna issa), u l-ebda vuċi oħra ma tidħol fil-parlament ilna nilagħbu logħba
kerha fid-demokrazija tagħna għal diversi snin. Inqasna sew milli noħolqu
politika ta’ djalogu, politika ta’ kunsens u t’ għaqda, u agħar minn hekk
kissirna l-iżvilupp tal-ideoloġija politika. B’dispjaċir ngħid li dan
l-argument li “l-ideoloġija spiċċat” Malta biss nisimgħu, u mkien f’madwar
l-Ewropa u saħansitra xi rokna oħra fid-dinja ma jindika li dan hu minnu.
Apparti dan il-Partit
Nazzjonalista donnu jrid jagħmel minn kollox biex isir kopja tal-Partit
Laburista u flok jara kif għandu jkun differenti u li joffri alternattiva b’differenza, se jaqbad mal-punti b’saħħithom tal-Partit Laburista u se jibni fuqhom. Jekk
l-għajta għal-liberaliżmu hi popolari, il-PN għandu jara kif joħloq
alternattiva għal dan il-liberaliżmu sfrenat, u mhux isir liberali hu. Din hi prova ċara li nqasna sew fl-ideoloġija politika, u l-klassi Politika saret biss
fazzjoni ta’ nies mibnija fuq pika, nuqqas ta’ analiżi u qed ikomplu jiżirgħu
żerriegħa li eventwalment se tikber f’siġra li tagħti l-frott tagħha
fit-tribaliżmu.
L-Alternattiva
Demokratika ħobbhom jew obgħodhom imma tal-inqas żammew mal-prinċipji tagħhom. Żammew
mal-konsistenza politika, ta’ direzzjoni u t’ għan komuni. Mingħajr biża esprimew
ruħhom ,anke fi kwistjonijiet li għadhom taboo u ta' dan kollu għandhom jieħdu
l-mertu.
Osservazzjonijiet interessanti mmens speċjalment dawk relatati mal partiti lokali. F'dan il-perjodu, nghati ftit aktar cans lil partiti jsibu saqajhom. Probabbli iva, ser isir kif iddeskrivejt int... imma tajjeb naraw xi żvilupp ser isir issa għax nissuspetta li ser ikun hemm xi qsim, speċjalment fil-PN.
ReplyDeleteNaqbel mieghak b'l iktar mod assolut. Jekk wiehed jinnota kull elezzjoni tintuza il-kelma riconciljazzjoni biex tattira dawk li-jkunu moderati u jfittxu l ghaqda, pero min-wara jisqu il-pika u il-firda ma dawk li jkunu akkaniti. Sfotunatament il-maggioranza tal-poplu tibbaza it-twemmin taghha fuq bazi ta partit bhal daqs li-kieku kien team tal-football li jilghab loghba kull 5 snin. Niddubita kemm il-partitarji jafu x inhi l ideologija tal-partit li jhaddnu u ghalhekk id-diversita malta hija fjakka immens. Hawn Malta iktar qisha xi haga ereditarja li tintiret min generazzjoni ghal l-ohra u kulhadd jimxi fuq il-passi tal-genituri pero din tidher li ftit ftit qed tinbidel.
ReplyDeleteProsit Karl. Artiklu tajjeb hafna. Il problema kbira pero kif qal Conrad hafna nies qas jafu x inhu twemmin tax xellug u lemin.... Tisma laburisti jghidulek jien lest immut ghall pajjizi( meta dan hu twemmin ultra nazzjonalist). Fl-istess hin fil PN jaf naraw leader li jippridtka s-sahta fid diversita ghax jemmen li pajjiz multikulturali ahjar( u dan jigi twemmin xellugi u jimmilita fil PN)
ReplyDelete